[strings] Update from Codeberg Translate

Co-authored-by: Codeberg Translate <translate@codeberg.org>
Co-authored-by: conrad <conrad@noreply.codeberg.org>
Translation: CoMaps/Android UI Strings
Translation: CoMaps/Android UI Strings (SDK)
Translation: CoMaps/F-Droid app description
Translation: CoMaps/iOS - Map Feature Types
Translation: CoMaps/iOS UI Strings
This commit is contained in:
Codeberg Translate
2025-09-11 07:39:48 +00:00
committed by Konstantin Pastbin
parent 08adc592f7
commit 886c094d77
7 changed files with 110 additions and 74 deletions

View File

@@ -0,0 +1,32 @@
App għall-mapep b'xejn u b'sors miftuħ (open source) immexxi mill-komunità bbażata fuq dejta minn OpenStreetMap, b'impenn għal trasparenza, privatezza u mhux għal-profitt. CoMaps hija fork ta' Organic Maps, li min-naħa tagħha hija fork ta' Maps.ME.
Kompli aqra dwar ir-raġunijiet għall-proġett u d-direzzjoni tiegħu hawn <b><i>codeberg.org/comaps</i></b>.
Ingħaqad mal-komunità u għin biex toħloq l-aqwa app tal-mapep
• Uża l-app u semmiha ma' min taf
• Agħti feedback u rrapporta problemi
• Aġġorna d-dejta tal-mapep fl-app jew fuq il-websajt OpenStreetMap
‣ <b>Iffokata fuq offlajn</b>: Ippjana u innaviga l-vjaġġ tiegħek barra minn pajjiżek mingħajr ħtieġa ta' servizz ċellulari, fittex waypoints waqt ħajk, eċċ. Il-funzjonijiet kollha tal-app huma ddisinjati biex jaħdmu offlajn.
‣ <b>Tirrispetta l-Privatezza</b>: L-app hija ddisinjata bil-privatezza f'moħħha - ma tidentifikax nies, ma ssegwikx, u ma tiġborx informazzjoni personali. Bla reklami.
‣ <b>Sempliċi u Rfinuta</b>: karatteristiċi essenzjali, faċli biex jintużaw u li sempliċement jaħdmu.
‣ <b>Tiffrankalek Batterija u Spazju</b>: Ma taħlix il-batterija bħal apps oħra tal-mapep. Mapep kompatti li jiffrankawlek spazju prezzjuż fuq il-mowbajl.
‣ <b>B'xejn u Mibnija mill-Komunità</b>: Nies bħalek għenu fl-iżvilupp tal-app billi żiedu postijiet f'OpenStreetMap, ittestjaw u taw feedback dwar il-karatteristiċi u kkontribwew il-ħiliet u l-flus tagħhom.
‣ <b>Trasparenza fil-finanzi u fit-teħid ta' deċiżjonijiet, Mhux għall-profitt u sors kompletament miftuħ.</b>
<b>Karatteristiċi Prinċipali</b>:
• Mapep dettaljati li jistgħu jitniżżlu b'postijiet li mhumiex disponibbli fuq Google Maps
• Modalità ta' barra b'mogħdijiet tal-mixi, postijiet għal-ikkampjar, sorsi tal-ilma, quċċati, linji tal-kontorn, eċċ.
• Mogħdijiet għall-mixi u rotti għar-roti
• Postijiet ta' interess bħal ristoranti, stazzjonijiet tal-petrol, lukandi, ħwienet, postijiet turistiċi u ħafna aktar
• Fittex bl-isem jew bl-indirizz jew bil-kategorija interess
• Navigazzjoni b'avviżi bil-vuċi għall-mixi, ċikliżmu, u sewqan
• Immarka l-postijiet favoriti tiegħek b'tapp waħda
• Artikli offlajn ta' Wikipedia
• Direzzjonijiet tas-subways
• Reġistrazzjoni ta' trekks
• Esportazzjoni u importazzjoni ta' bookmarks u trekks f'formati KML, KMZ, GPX
• Modalità mudlama biex tintuża bil-lejl
• Ittejjeb id-dejta tal-mapep għal kulħadd b'użu ta' editur bażiku u integrat
<b>Il-Libertà Waslet</b>
Skopri l-vjaġġ tiegħek, innaviga d-dinja bil-privatezza u bil-komunità fuq quddiem nett!

View File

@@ -0,0 +1 @@
Navigazzjoni ta' mapep faċli - Skopri iktar mill-vjaġġ - Imsaħħaħ mill-komunita`

View File

@@ -0,0 +1 @@
CoMaps - Imxi, Suq Rota u Karozza bil-Privatezza